"Alla Mejjet!"
Mur gibu Nietzsche kien Musulman! Kieku zgur li xi ayatollah hareg xi fatwa kontrih! Din hi l-impressjoni li bhal donnu jridu jghaddu l-gazzetti 'ta-Punent' kontra l-mentalita ta' 'dawk il-Musulmani'.
Izda huwa minnu li l-Punent huwa dar tal-liberta' (niftakar fil-Casa Delle Liberta' ta' Silvio Berlusconi li wasslet biss ghal hijack ta' l-istazzjonijiet televizivi Taljani tul dawn l-ahhar jiem) filwaqt li l-Izlam huwa l-inkarnazzjoni ta' kull mentalita' aliberali li qatt tista' ssehh?
It-twegiba ma tantx hi cara. U dan jidher mill-ahhar front li nfetah f'dik li l-qarreja avidi ta' l-Apokalissi skond San Gwann isejhu, l-'gwerra bejn ic-civiltajiet'.
Tnax-il karikatura tal-Profeta Muhammed qalghu kontroversja bejn zewg dinjiet li bhal donnu qed isibuha dejjem aktar difficli jikkoabitaw flimkien.
Il-Jyllands-Posten ippubblikat serje ta' tnax-il karikatura f'Settembru li ghadda li fihom inghatat stampa ta' kif jahsbu li Muhammed, meqjus bhala l-ikbar profeta mir-religjon Izlamika, kien jidher. Dawn il-karikaturi qanqlu kontroversja bejn il-Musulmani, li jhosshom urtati b'dak li jqisu bhala daghwa kontra l-Profeta, u esponenti ta' l-istat sekolari fil-Punent fejn isostnu li ghandhom kull dritt jippubblikaw karikaturi bhal down. Fost dawn l-esponenti kien hemm l-editur tal-gazzetta Franciza Le Soir li spicca tkecca mis-sid Egizzjan wara li ppubblika dawn il-karikaturi b'sinjal ta' simpatija ma' l-gazzetta Daniza (li ghamlet apologija ghall-fatt).
Dan il-kaz qieghed ta' kuljum jiehu proporzjonijiet ta' gwerra bejn zewg civiltajiet li bhal donnu qeghdin dejjem jifhmu anqas lil xulxin. Kaz simili diga sehh. Dan kien meta l-awtur Salman Rushdie kien ippubblika l-ktieb, 'Satanic Verses'. Dak iz-zmien id-differenzi bejn iz-zewg mentalitajiet kienu hargu fid-dieher ukoll.
Fil-mument li wasalt biex nikteb din il-bloggata kienu diga' nharqu ghexieren ta' bnadar Danizi, kien hemm dimostrazzjoni quddiem ir-rapprezentanza ta' l-Unjoni Ewropea fit-territorju Palestinjan u polemika ferventi fl-Ewropa dwar il-liberta' ta' l-espressjoni. L-ahhat suggett huwa dak li lili l-aktar li jinteressani.
Huwa minnu li l-liberta' ta' l-espressjoni tfisser carte blanche li tghid li trid? Ghandu jkun hemm limitu ghal dak li jinghad?
Nemmen li, ghalkemm il-protesti f'xi inhawi qeghdin jigu strumentalizzati ghal skopijiet politici (vide r-rwol tal-Fatah - partit li tielef l-elezzjonijiet tal-Palestina - f'din il-kontroversja), huwa mminnu li l-identita' ta' l-Izlam setghet giet attakkata u urtat xi nies.
Izda, nistaqsi wkoll, hemm ghalfejn din ir-reazzjoni kollha? Bhal donnu li, kif inhi s-soltu prattika ta' l-integralizmu, gej minn liem naha gej, il-karikaturi nqalghu mill-kuntest u qeghdin jintuzaw bhala strument f'idejn min irid jaghmel kapital politiku mis-sitwazzjoni.
Infakkar li fl-Ewropa hawn ma' l-ghaxar miljun Musulman u ma nstema' bl-ebda kaz ta' bojkott sistematiku kontra prodotti Danizi ghalkemm kien hemm rapportu li ntbaghtu twissijiet ta' attakki terroristici.
L-istrumentalizzazzjoni politika tkompli tikber ukoll meta ninnutaw kif il-karikaturi gew ippubblikati f'Settembru u l-protesti nqalghu fi Frar. Fuq kollox il-komunita' Musulmana fid-Danimarka qatt ma hassha urtata bil-fatt u ma marritx tahraq bnadar f'nofs it-triq.
Min-naha l-ohra izda nahseb li l-istampa Ewropea setghet kienet aktar sensittiva ghall-identita' Izlamika specjalment meta regghet ippubblikat il-karikaturi u ghamlithom standardi tal-liberta' ta' l-espressjoni. Niftakar kif il-liberta' ta' l-espressjoni intuzat fiz-zmien bhala arma qawwija f' idejn il-movimenti antiklerikali u lajci u nfexxet hi nnifisha f'dogmatizmu li jippriedka l-eliminazzjoni ta' dak kollu li hu sagru mill-identita' tal-komunita taghna.
Nemmen dejjem aktar li l-liberta' ta' vera, dik il-liberta' li ggieled ghaliha il-poplu Franciz fl-1789 tigi biss meta kulhadd jinghata cans jesprimi l-opinjoni tieghu f'ambjent toleranti ghal kull sfond politiku u religjuz sakemm dan jirrispetta id-drittijiet fundamentali tal-bniedem u mhux f'ambjent li dejjem mohhu biex jiccensura bnedmin, opinjonijiet jew twemmin.